Parti minn Triq Louis Wettinger magħrufa aħjar bħala l-bypass tal-Mellieħa kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku wara li vann inħakem minn nirien qawwija.
Kelliem għall-Pulizija qalilna li huma ġew infurmati dwar dan l-inċident għall-ħabta tal-10:30 a.m u li minnufih intalbet għall-assistenza tal-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Skont l-ewwel stħarriġ illi sar jidher li fortunatament ma kienx hemm persuni li ndarbu għalkemm l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.