Sunday, November 24, 2024

ARA: Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-8:00 a.m., sofra xi ġrieħi f’sit ta’ kostruzzjoni, fi Triq Inguanez, ir-Rabat Malta.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li Marokkin ta’ 47 sena residenti San Ġwann waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jaħdem.

Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku flimkien ma’ ambulanza sabiex jassistu lill-ħaddiem. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Ritratt: Talk.mt

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport