Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitlubin jintervjenu fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard wara li aktar kmieni ċediet siġra għal nofs it-triq.
Jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident u li fil-ħin li fih tmejlet is-siġra, ma kinux għaddejjin vetturi.

Fil-post issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta biex jidderiġu t-traffiku minħabba li waħda mill-karreġġjati kellha tingħalaq sakemm isir ix-xogħol.