Saturday, December 21, 2024

ARA: “Ibni kellu jkun hawn illum imma inzerta xogħol għax kien ilaqqatha wkoll”

Aqra wkoll

“Tlifna ras minnu imma issa m’hemmx x’tagħmel. It-tifel tiegħi jkun kuljum hawn imma llum inzerta kien xogħol”. Iddikjara dan f’kummenti lill-midja Francis Zammit minn fuq il-post fl-inħawi ta’ Misraħ Ħlantun b’reazzjoni għall-aħbar tal-mewt ta’ Leonard Camilleri.

Zammit kompla biex jgħid li lill-ibnu qallu biex imur jagħmel kuruna quddiem San Ġużepp għax kellu jkun miraklu li jeħlisielu minn din it-traġedja.

YouTube video

Huwa qal li ddispjaċih ħafna għal Nardu u li din kienet daqqa kbira għas-Soċjetà. Nardu kien ibakkar kmieni biex jimxi lejn dawk l-inħawi u wara waqfa ta’ xi żmien milli jaħdem in-nar dan l-aħħar reġa’ beda jkun attiv biex jgħin lill-bqija biex iħejju għall-festa li jmiss. 

“L-aħħar darba kien l-Isptar u ħelisha, iżda dan kellu jkun l-aħħar destin tiegħu, iddispjaċuti ħafna għalih”, temm jgħid l-anzjan.

Ekonomija

Sport