Sunday, November 24, 2024

ARA: Iċ-Ċiklun Mocha jolqot il-Bangladesh u l-Myanmar

Bassara jwissu li tista’ tkun l-aktar maltempata qawwija fil-Bangladesh fl-aħħar 20 sena

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ċiklun qawwi ħafna qiegħed jolqot il-kosti tal-Bangladesh u l-Myanmar wara li intensifika fil-qawwa tiegħu.

Iċ-ċiklun Mocha qed jikkawża xita qawwija u riħ b’saħħtu sa 195 Kilometru fis-siegħa, li jista’ jkompli jintensifika u jwassal għal għargħar perikoluż fuq l-art madwar il-Bajja ta’ Bengal.

Hemm biża’ li l-maltemp jista’ saħansitra jolqot Cox’s Bazar – il-post li jinkludi l-akbar kamp tar-refuġjati fid-dinja – fejn jgħixu kważi miljun persuna.

Il-bassara wissew li ċ-ċiklun Mocha jista’ jkun l-aktar maltempata qawwija li dehret fil-Bangladesh fi kważi 20 sena. Madwar 500,000 persuna ġew evakwati lejn żoni aktar siguri.

Il-konnessjonijiet tal-elettriku u tal-internet ġew imfixkla f’ħafna miż-żona ta’ Sittwe, fejn filmati ppubblikati fil-midja kienu juru l-livelli tal-baħar jiżdiedu b’mod drammatiku u jġorru magħhom tifrik qalb toroq imġarrfa.

Timijiet ta’ salvataġġ f’Sittwe qalu li kienu qed jirċievu sejħiet għal assistenza minn nies maqbuda fl-għargħar, iżda kien għadu perikoluż wisq għalihom li jassistu.

Il-midja tal-pajjiż irrapportat li żagħżugħ ta’ 14-il sena nqatel minn siġra li waqgħet fl-Istat ta’ Rakhine fil-Myanmar.

Fil-Bangladesh ukoll bdew jonfħu rjieħ qawwija ferm, akkumpanjati minn xita qawwija li raw it-toroq jitbattlu mal-viżta ta’ siġar jixxenglu b’qawwa liema bħala u smewwiet jiskuraw bil-minuti.

Ħafna xelters mwaqqfa fl-iskejjel u l-monasteri f’Cox’s Bazar issa huma mimlija u ffullati żżejjed. Il-pulizija fl-inħawi qattgħu ħafna mis-Sibt iwissu lin-nies biex isibu postijiet aktar siguri u jevitaw iż-żona tal-bajja. Il-gvern ħareġ ukoll twissija uffiċjali ta’ valanga marbuta mat-tbassir ta’ xita qawwija ħafna mbassra għall-Ħadd.

Sport