Friday, April 19, 2024

ARA: “Id-dipressjoni qed niġġildilha”… Isostni li se jżomm responsabbli lil Charmaine u lil Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

“Ja poplu issa se tieħu li ħaqqek għax int għamilt lill-politikant lil Alla tiegħek.” Hekk sostna jgħid wieħed mill-kelliema fid-dimostrazzjoni fil-Belt Valletta.

Huwa qal li minn hawn u ftit taż-żmien ieħor, il-poplu se jkun qiegħed jintebaħ fiex se twasslu din il-fiduċja. Huwa sostna li l-awtoritajiet qegħdiin iċaħħdu lill-poplu mil-libertajiet tiegħu bl-ilbies tal-maskra obbligatorju u bil-vaċċin obbigatorju għax jekk ma tagħmilx hekk tispiċċa mingħajr xogħol.

Il-kelliem żied jgħid li se jkun qiegħed iżomm responsabbli lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci talli “bellgħajtuli mingħalikom il-pirmli tad-dipressjoni għalxejn, imma jien id-dipressjoni ġejt hawn sabiex niġġildilha għax jien ma nibżgħax minnkom”.

Dan kien parti mid-diskors tal-kelliema li waqt protesta favur il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fejn fost l-oħrajn sar l-appell mill-ġdid biex jitnaqqsu il-miżuri restrittivi bħalma huwa l-ilbies tal-maskra obbligatorja. Barra minn hekk dawk preżenti nnutaw il-fatt ukoll li skont l-aħħar miżuri, fil-jiem li ġejjin dawk li ma jiħdux il-vaċċin se jkunu pprojbiti minn numru ta’ attivitajiet soċjali u li skonthom dan imur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Fost sejħiet oħra li ħarġu minn fomm dawk preżenti nstemgħu l-frażijiet “Libertà” u “No green pass”.

Sport