Rupert Tabone huwa s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-5:15 p.m fi Triq Dun Karm f’Birkirkara. Huwa jibqa’ mfakkar għall-imħabba tiegħu lejn il-muturi l-aktar mill-ħbieb tiegħu dilettanti li tant kien iħobb iqatta’ ħin magħhom.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Zontes meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u spiċċa bejn l-ilqugħ li hemm jifred liż-żewġ karreġjati opposti.
Fil-post issejħu timijiet mediċi iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.