B’ġimgħa eżatt bogħod mill-ġurnata tal-Milied, bosta persuni rħewlha sal-Belt Kapitali sabiex jixtru l-aħħar ftit rigali u jgawdu l-atmosfera u jqattgħu ftit ħin ta’ kwalità mal-għeżież tagħhom f’xi kafetterija jew xi ristorant fil-qalba tal-Belt.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/319895758_1213425209592977_979387526225271753_n-1024x682.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/320573168_692316489158858_3890859985551835076_n-1024x682.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/319335607_481193747428602_9201798723262666293_n-1024x682.jpg)
Matul il-jum tal-Ħadd, il-komunità tal-Pulizija tellgħet avveniment fi Pjazza San Ġorġ bl-isem ta’ “Christmas in the Community” bis-sehem tal-pulizija tal-komunità u tad-distretti, il-Mounted Section, is-sezzjoni K9, Special Intervention unit u t-taqsima tal-Forensika. Esebiti kien hemm ukoll xi karozzi tal-pulizija u muturi tal-pulizija.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/319895758_531193562263565_2840310595515239815_n-1-1024x682.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/319679851_1222671648314584_8706630961086406089_n-1-1024x674.jpg)
Grupp ta’ żeffiena wkoll ingħaqdu mal-Forzi Armati tal-Pulizija waqt din l-attività.
Min-naħa tagħhom, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wkoll tellgħu avveniment quddiem il-Parlament Malti b’risq l-Istrina fejn kien hemm esebiti uħud mill-vetturi li jintużaw waqt ħidmiethom.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/x-1024x682.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/319522047_703371854740456_6509176099912861523_n-1024x682.jpg)
Ċertament li attivitajiet bħal dawn qanqlu entużjużmu fost kull min daħal sal-Belt Valletta, b’mod speċjali t-tfal f’dawn iż-żmien ta’ festi.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/320071743_1164636311125666_203309285599436382_n-1024x682.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/12/320667388_460443142936027_2196782304129865576_n-1024x682.jpg)