F’kumment li għaddew proprju wara li Jeremie Camilleri tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Kaya Pelin, oħtha, fil-preżenza ta’ zijuwhom u membri oħra tal-familja qalet li qiegħed titkellem hi għax il-ġenituri m’għandhomx saħħa jitkellmu.
Hija esprimiet messaġġ b’reazzjoni mħallta ta’ uġigħ u rabja għal dak li seħħ lil Pelin hekk kif ma jistgħux jifhmu x’wassal biex il-persuna tasal tagħmel dawn l-atroċitajiet. Madanakollu huma qalu wkoll li ma jridux li jwettqu vendetta iżda li ssir ġustizzja ma’ Pelin għax mal-mewt tagħha spiċċaw tilfu parti minnhom.
Kompliet biex tgħid li Pelin kienet persuna intelliġenti b’ħolm li għażlet li twettaq f’pajjiżna, iżda li l-futur sabiħ tagħha nsteraq lilha proprju f’għeluq sninha.
Huma rringrazzjaw lill-poplu Malti li kkundanna dan l-aġir u anke lill-Pulizija għall-azzjonijiet immedjati tagħhom li wasslu biex ir-raġel akkużat bil-qtil tagħha jitressaq il-Qorti jum biss wara.