Saturday, December 21, 2024

ARA: Il-ħaddiem jittella’ u jittieħed l-Isptar b’urġenza

L-OHSA tikkonferma li ħaddiem ta' 47 sena waqa' f'ħofra ta' madwar 18-il metru

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma fir-Rabat biex isalvaw ħaddiem Tork li waqa’ f’ħofra.

YouTube video
Il-Ħaddiem jingħata l-ewwel asssitenza medika

Il-Pulizija daħlila rapport dwar dan l-inċident għall-ħabta tas-6:10 p.m u minnufih marru fil-post numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija mill-għassa tad-distrett, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

YouTube video
Il-ħaddiem trasportat lejn l-ambulanza biex jittieħed lejn l-Isptar

Ħaddiem u kollega tal-ħaddiem involut fl-inċident qalilna li l-ħaddiem huwa ħaddiem Tork li waqa’ f’ħofra ta’ madwar 30 metru.

Uffiċjal mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili niżel fi proċedura delikata mmens fejn għen lill-ħaddiem biex jittella’ fuq l-art.

F’ħin minnhom qamet kommossjoni hekk kif il-ħaddiem maqbud fl-ispiera instema’ jagħjat wara li nħakem minn paniku.

Hawnhekk l-uffiċjali talbu ħaddiem biex jittraduċi struzzjonijiet importanti fl-operazzjoni tas-salvataġġ bil-lingwa Torka sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni.

Intant fi stqarrija maħruġa mill-Awtorità dwar is-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol (OHSA) fi stqarrija maħruġa qalet li għandha uffiċjali fil-post fejn ħaddiem ta’ 47 sena waqà f’ħofra ta’ 18-il metru f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-OHSA bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ li mistennija tkompli fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport