Friday, November 22, 2024

ARA: “Il-ktieb bil-Braille huwa l-aqwa ħabib tagħna” … Illum jitfakkar il-Jum Dinji tal-Braille

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum jitfakkar il-Jum Dinji tal-Braille. Kien proprju fl-4 ta’ Jannar 1809 li fi Franza twieled Louis Braille. Braille tilef id-dawl f’inċident tat-traffiku u meta kellu biss 15-il sena ħadem biex seta’ joħloq mod ta’ kif persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqraw.

Skont il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà f’Malta hawn ‘il fuq minn 1,600 persuna nieqsa mid-dawl. Il-Braille hi sistema ta’ simboli tal-alfabett u numri li jikkonsistu f’sitt tikek biex jirrappreżentaw kull ittra u numru kif ukoll simboli mużikali. Din is-sistema tintuża sabiex persuni nieqsa mid-dawl jidentifikaw il-mediċini kif ukoll jagħmlu użu mill-lifts u zebra crossings fost l-oħrajn.

F’dan il-filmat hawn taħt Joseph Stafrace jispjega l-użu tal-Braille filwaqt li Samuel Farrugi jispjega li għalkemm il-Braille hi importanti jemmen li permezz tat-teknoloġija din il-lingwa qed tintilef.

Sport