F’Jum il-Pulizija l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà rringrazzja lill-membri kollha fil-Korp tal-Pulizija li għażlu din il-karriera biex joffri servizz liċ-ċittadin.
Huwa appella wkoll liċ-ċittadini biex inkunu msieħba ta’ xulxin bil-għan li nipprevjenu l-kriminalità.
Huwa temm iwiegħed li se jkun qiegħed iġedded il-korp biex xogħolhom ikun aktar effettiv.