Dalgħodu, l-Awtorità tal-Ippjanar bdiet azzjoni ta’ infurzar fuq art skedata fil-limiti ta’ bejn ir-Rabat u l-Imtarfa.
Dan wara li kien hemm diversi twissijiet iżda baqa’ jintrema r-radam fiha.

L-uffiċjali għaddejjin b’ħidma biex din l-art titnaddaf għall-istat oriġinali tagħha.