Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jibda l-vjaġġ tiegħu lejn Għawdex. Mill-Port li-Kbir huwa se jirkeb il-katamaran li se jieħdu l-Port tal-Imġarr f’Għawdex.

F’Għawdex diġà qed jinġemgħu bosta nies biex jistennew il-wasla tal-Papa u jkunu jistgħu jagħtuh merħba xierqa.
