Għall-ħabta tal-11.00a.m, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku wasal fil-Belt Valletta fejn ġie milqugħ minn folla u ċapċipa mill-isbaħ.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/papa-belt-valletta-2.jpg)
Huwa se jkollu żjara ta’ kortesija fil-Palazz tal-President. Hemmhekk se jkollu laqgħa mal-President, mal-Prim Ministru u anki mal-Korp Diplomatiku.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/papa-belt-valletta-1.jpg)
Wara, il-Qdusija Tiegħu se jkun qed joħroġ fil-gallarija tal-Palazz biex isellem lin-nies.