Fil-Birgu, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ u tkellem ma’ għadd ta’ persuni li kienu qegħdin jagħmlu x-xirja tagħhom.
Dan meta aktar kmieni dalgħodu żar is-suq ta’ din il-lokalità fejn sema’ dak li kellhom xi jgħidulu u spjega dwar il-ħidma li għaddejja biex jindirizza ċertu diffikultajiet.
Il-Prim Ministru spjega dwar il-fond ta’ rkupru, l-inċentivi relatati u kif dawn kienu kollha deċiżjonijiet mnebbħa mill-ħtiġijiet tan-nies.
Ma setax jonqos li jintlaqa’ tajjeb ħafna speċjalment mill-anzjani li għal darboħra fl-aħħar budget imħabbar din is-sena, dan il-gvern reġa’ tagħhom żieda oħra bħala rikonoxximent tal-ħidma tagħhom.