Thursday, November 14, 2024

ARA: Il-POU titlob li l-frontliners jiġu kkumpensati tas-servizz tagħhom

Aqra wkoll

Filwaqt li tilqa’ l-miżuri li tħabbru lbieraħ mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Police Officers’ Union tappella biex l-isforz li sar mill-frontliners kollha jiġi rikonoxxut. 

Fuq il-midja soċjali, il-POU qalet li bħalma għamlet għal diversi xhur minn meta bdiet is-sitwazzjoni tal-COVID-19, hi tkompli tappella biex l-isforz li sar minn dawn il-ħaddiema, li matul il-pandemija ntalbu jmorrru lil hinn mid-dmir tagħhom, għandu jiġi rikonoxxut. 

Għal din ir-raġuni, il-POU qiegħda titlob lill-Gvern biex il-frontliners jiġu kkumpensati għas-servizz li offrew lill-pajjiż matul il-pandemija.

https://www.facebook.com/POUMalta/videos/1296392814043520/
Ekonomija

Sport