Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen ftit tas-sigħat ilu xerrdet filmat miġbud Malta biex tagħti eżempju b’Ġużeppina.
Von der Leyen qalet li fil-belt Valletta, Ġużeppina tħit il-maskri għall-ġirien. Hija faħħritha għall-ħila li għandha fejn qomos qodma jieħdu t-tieni ħajja, u jgħinu jipproteġu l-komunità.
Hija appellat għall-unità u qalet li lkoll flimkien ser nirbħu fuq il-pandemija.
L-ispirtu ta’ komunità qiegħed kullimkien fl-Ewropa!
— Ursula von der Leyen (@vonderleyen) December 31, 2020
?? Fil-belt Valletta, Ġużeppina tħit il-maskri għall-ġirien. Bil-ħila tagħha, qomos qodma jieħdu t-tieni ħajja, u jgħinu jipproteġu il-komunità.
Ilkoll flimkien ser nirbħu fuq il-pandemija. pic.twitter.com/ngIUbMRLYR