Monday, December 23, 2024

ARA: Il-Pulizija qiegħda tinvestiga numru ta’ rapporti foloz li saru fl-aħħar jiem

Numru ta' uffiċjali u timijiet mediċi jispiċċaw jinqalaw bla bżonn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-Pulizija tieħu kull sejħa b’serjetà kbira… fi ftit minuti nqalaw ammont kbir ta’ uffiċjali, saret it-tfittxija u rriżulta li s-sejħa kienet fin-negattiv”. Ikkonferma dan ma’ Talk.mt, il-Kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m, numru ta’ uffiċjali intervjenew f’lukanda f’San Ġiljan fuq rapport ta’ omiċidju.

Pisani qalilna li din ma kinitx l-ewwel telefonata fl-aħħar jiem u għaldaqstant għaddejja investigazzjoni biex ikun jista’ jiġi identifikat minn jista’ jkun wara dawn it-telefonati. Għalkemm il-pulizija għadha fi stadju bikri fl-investigazzjonijiet tagħha, mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li t-telfonati huma fuq l-istess stil. 

Mistoqsi rigward jekk hemmx numru ta’ kemm saru telefonati, f’dawn l-aħħar jiem saru telefonati simili li wasslu għall-istess proċess fejn numru ta’ uffiċjali jinqalaw minn fuq xogħol ieħor bla bżonn.

Huwa temm jgħid li hija rresponsabbiltà kbira li persuna jew persuni jagħmlu dawn it-tip ta’ telefonati meta għandek sejħiet oħra ta’ persuni li verament ikollhom bżonn l-assistenza ta’ timijiet mediċi mill-Isptar Mater Dei. 

Ekonomija

Sport