Monday, December 23, 2024

ARA: “Imbagħad ngħidu għal xi raġuni tilef il-kontroll!”

Aqra wkoll

Bosta jinsabu urtati wara filmat ta’ sewwieq li deher jagħmel manuvri perikolużi waqt is-sewqan fil-limiti ta’ Ħal Luqa.

Mhux magħruf meta l-filmat ittella’ fuq il-midja iżda bosta lmentaw li sewqan simili qiegħed iwassal biex ikomplu jiżdiedu l-inċidenti, jogħlew il-poloz tal-assigurazzjoni u miżuri oħra li konsegwenza tagħhom tbati l-komunità inġenerali.

Min-naħa l-oħra xi wħud issimpatizzaw mas-sewwieq u qalu li dan kollu huwa riżultat ta’ stress żejjed ikkawżat minn sewwieqa li minkejja li ma jkunux fit-traffiku jagħżlu li jsuqu b’inqas mill-veloċità indikata skont is-sinjali tat-traffiku.

YouTube video
Ekonomija

Sport