
Fl-aħħar ħin numru ta’ immigranti bdew protesta fiċ-Ċentru tal-Marsa.
Inewsmalta marret fil-post u għalkemm għal xi ħin il-protesta kienet tidher li se tkun waħda paċifika, aktar tard kien hemm mumenti fejn is-sitwazzjoni eskalat u kellha tissajjaħ preżenza ta’ pulizija u ambulanza.
Jidher li f’xi mumenti kien hemm immigranti li bdew jixxabbtu mat-twieqi u qed ikun allegat ukoll li xi persuna jew persuni qabżu fl-ilma. Kien hemm immigranti oħra li bdew jissuttaw xi affarijiet mit-twieqi tal-istess ċentru.
L-immigranti minn ħin għall-ieħor qegħdin jingħaqdu f’vuċi waħda bil-kliem “freedom, freedom” fejn qed jitolbu li jingħataw il-libertà.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.









