Wednesday, December 25, 2024

ARA: Imniedi Think Tank Dwar l-Ekonomija Diġitali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo nieda Think Tank dwar l-Ekonomija Diġitali li fih se jkun qed jinkludi numru ta’ professjonisti biex jipprovdu linji gwida u ideat fi tfassil ta’ strateġija li permezz tagħhha pajjiżna jkun jista jkompli jiddiversifika l-ekonomija b’niċeċ teknoloġiċi ġodda fi ħdanu.

F’din l-okkażjoni li saret fl-Esplora, il-Kalkara, l-ekonomista Kearon Bruno, il-persuna li se jkun responsabbli minn dan it-Think Tank elenka l-importanza li bħala pajjiż, inkomplu niddiversifikaw il-portafoll ekonomiku tagħna sabiex inkomplu nikkonsolidaw l-andament ekonomiku b’saħħtu li qegħdin nirregistraw u kif ukoll nibnu ekonomija li tkun aktar reżiljenti għal xokkijiet assimetriċi.

Ic-Ċermen ta’ dan it-Think Tank is-Sur Bruno elenka wkoll li l-introduzzjoni ta’ dan it-think tank huwa turija ċara ta’ kemm bħala pajjiż kommessi li nħejju viżjoni ċara li għandna twasslana għal direzzjoni ekonomika fejn jidħol il-qasam diġitali.

“Id-dinja gloabliżżata ta’ illum tpoġġi quddiemna kompetizzjoni ġdida u għalhekk irridu nkunu proattivi sabiex inkomplu nassiguraw ambjent adekwat biex in-negozji jkomplu jiffjorixxu.” żied jgħid Kearon Bruno. 

L-isfidi ekonomiċi li kontinwament jaffaċja pajjiżna ma jibqgħux relevanti fil-qasam diġitali u hawnhekk Malta għandha tixpruna l-beneffiċji li toffri l-ekonomija diġitali.

L-għan ta’ dan it-think tank huwa li jsaħħaħ is-setturi eżistenti kif ukoll jattira niċeċ ekonomiċi ġodda, dan billi noħolqu setturi bħal Blockchain, AI, IOT, Digital Innovation Hubs, High Performance Computing u Quantum.

Fid-diskors tiegħu s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo semma kif il-futur ta’ ekonomija moderna u diġitali jibda illum.

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li dan it-think tank ġie varat bil-għan li jgħin fi tfassil ta’ strateġija diġitali ġdida li li se tkun qegħda tgħin biex tassigura ekonomija aktar diversa u flessibli.

Huwa żied jgħid li f’dan l-aħħar snin pajjiżna qabad it-triq biex bil-mod nibdew nattiraw lejn pajjiżna teknoloġiji ġodda bħal l-Intelliġenza Artifiċjali, Blockchain, Cryptocurrency, Internet of Things u Bidg Data fost oħrajn. Madankollu, f’dinja li kull ma jmur dejjem qed tinbidel, irridu nibdew nħarsu lejn mudell ekonomiku iżjed robust u diversifikat billi nkomplu nintegraw l-ekonomija reali ma’ dik diġitali.

“Ejja nimmaġinaw li pajjiżna huwa bastiment li wara xhur jissielet maltemp ekonomiku, issa se jerġa jsalpa lejn destinazzjoni f’normalita differenti minn dik kif konna nafuha qabel. F’din l-istorja, il-baħħara se nkunu aħna u flimkien se nfasslu rotot ġodda dwar fejn se nieħdu lill-pajjiżna.” żied jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Finalment, huwa għalaq id-diskors tiegħu billi elenka dwar kif il-gvern għandu viżjoni li jagħmel minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fl-ekonomija diġitali fejn pajjiżna jkun “leader” fost il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport