Friday, November 15, 2024

ARA: Imorru Kemmuna u jneħħu deckchairs u umbrelel “li kkapparraw” il-bajja

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffitti qed iwettaq azzjoni diretta sabiex skontu jieħu lura l-Blue Lagoon.

F’filmat dirett, il-Moviment Graffiti qal li “wara li din il-bajja nħatfet minn interessi kummerċjali u nbidlet f’lido privat, b’kull pulzier tagħha kkapparrat bid-deckchairs u l-umbrelel, ġejna hawn biex nieħdu lura l-ispazju tagħna”.

Din mhix l-ewwel sena li qiegħda tqum din il-kwistjoni hekk kif sena wara l-oħra jkun hemm ilmenti fil-midja minn persuni li jilmentaw li lanqas isibu post fejn jifirxu xugaman minħabba l-ammont kbir ta’ deckchairs u umbrelel li jinfirxu mill-privat, mhux biss f’Kemmuna, iżda anke f’numru ta’ bajjiet oħrajn.

Ekonomija

Sport