Saturday, December 28, 2024

[ARA] In-nies kif irreaġixxiet għall-aħbar tal-ebda każ ta’ persuna infettata bil-Covid-19?

Aqra wkoll

Hekk kif aktar kmieni llum id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, flimkien mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbru li mit-testijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa ma nstabu l-ebda persuni pożittivi għall-Covid-19, bosta nies ħadu din l-aħbar bħala “rebħa” kontra l-pandemija. Tant li f’diversi postijiet madwar Malta setgħu nħasset ferm aktar il-preżenza ta’ nies fit-toroq.

Saħansitra minkejja t-twissijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa, f’bosta ċirkostanzi l-persuni dehru jinġemgħu fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.

Intant id-Deputat Prim Ministru ħabbar li ladarba t-trend ta’ każi ġodda tibqa’ kif inhi, u tibqa’ tkun reġistrat rata għolja ta’ fejqan, allura fil-jiem li ġej il-Gvern se jkun qed jagħmel reviżjoni li ddaħħlu fis-seħħ biex tiġi kkontrollata l-pandemija tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport