Daħna kbira żviluppat minn ġo bitħa kbira bl-inġenji fit-Triq tal-Qala f’Għawdex. Dan is-sit jinsab infurmat li konsegwentament instemgħu numru ta’ splużjonijiet fiż-żona.
Minħabba periklu kkawżat mill-istess splużjonijiet waqt li uffiċjali tal-Pulizija u oħrajn mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu għaddejjin b’ħidma ssejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li m’hemmx persuni midrubin.
6:15 p.m: Daħna kbira f’Għawdex
Ftit tal-ħin ilu daħna kbira sewda ntlemħet minn Malta hekk kif dehret tiksi parti sostanzjali mill-gżira Għawdxija.
S’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża n-nirien hekk kif il-Pulizija rċeviet telefonati b’indikazzjonijiet varji ta’ fejn jista’ jkun il-post.
Minkejja li kien hemm rapporti li n-nar seta’ kien ġej min-Nadur li jinsabu biss ftit jiem mill-festa, rapporti oħrajn qalu li n-nirien kien ġej minn xi għelieqi li ħadu n-nar.
Aktar informazzjoni dalwaqt…