Friday, May 3, 2024

ARA: “Inħeġġeġ biex il-familji jiġu l-Imġarr biex inkomplu nagħtu sostenn lill-prodotti lokali”

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali  Alicia Bugeja Said ħeġġet lil kulħadd biex imur bi ħġaru lejn l-Imġarr hekk kif qed tittella’ Festa Frawli biex b’dan il-mod ikun qed jagħti sostenn mhux biss lill-prodotti lokali iżda anke sostenn importanti għall-bdiewa tagħna.

YouTube video

F’kummenti ma’ dan is-sit, Bugeja Said, li tassew għandha għal qalbha dan is-settur u li titkellem ħafna dwar l-importanza tal-apprezzament lejn il-prodott Malti qaltilna:  “Il-poplu Malti ġie bi ħġaru għal din l-attività li ilna ma nagħmluha sentejn minħabba l-pandemija. Hawn atmosfera mill-isbaħ ġewwa l-Imġarr. Hija ċelebrazzjoni fejn napprezzaw ix-xogħol tal-bidwi Malti, b’diversi prodotti ġenwini u lokali li qed jinbiegħu. Inħeġġeġ biex il-familji Maltin u Għawdxin jiġu bi ħġarhom lejn l-Imġarr biex inkomplu nagħtu sostenn  lill-prodotti lokali u l-bżulija tal-bdiewa tagħna.”

Qaltilna li għaliha l-preżenza tagħha hija apprezzament tal-bdiewa u raħħala Maltin li jwasslulna l-aħjar prodotti s-sena kollha.

Sport