Tuesday, December 24, 2024

Ara: Interċettati żewġ vetturi misruqa mill-Kanada

Aqra wkoll

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra tal-Investigazzjonijiet Kriminali, bl-assistenza tal-uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dwana, wasslet biex jiġu interċettati żewġ vetturi rrapportati misruqa fil-Kanada.

Il-ġimgħa li għaddiet, ir-Royal Canadian Mounted Police (RCMP) talbet għall-assistenza tal-Pulizija Maltija hekk kif kellha informazzjoni li ż-żewġ vetturi x’aktarx kienu f’kontejner fi triqithom lejn Malta sabiex imbagħad jittieħdu lejn Abu Dhabi.

Fuq din l-informazzjoni, illum, il-Pulizija marret fil-Port Ħieles u flimkien mal-uffiċjali tad-Dwana spezzjonaw tliet kontejners suspettużi permezz ta’ scanner. Minħabba dak li deher fuq is-scanner ma kienx jaqbel mad-dokumenti tal-kontejner, dawn infetħu u f’wieħed minnhom il-pulizija sabet il-vetturi misruqin, żewġ Lexus RX350.

Il-Pulizija flimkien mal-uffiċjali tad-Dwana fetħu wkoll iż-żewġ kontejners l-oħra u fihom instabu aktar vetturi li ma kinux jaqblu mad-dokumenti. Il-vetturi li nstabu huma Range Rover Velar, Ford Mustang GT u Ford F150. 

Dwar dawn il-vetturi, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport