Saturday, December 28, 2024

ARA: Is-Sindku ta’ Minneapolis mgħajjar u mkeċċi minn dimostrazzjoni kontra l-pulizija wara l-mewt ta’ George Floyd

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Minneapolis Jacob Frey tkeċċa minn dimostrazzjoni li żvolġiet ilbieraħ wara li pprova jiddjaloga ma’ dimostranti li kienu qed jitolbu biex jiġi xolt id-dipartiment tal-pulizija ta’ Minneapolis.

Frey attenda d-dimostrazzjoni u akkuża lis-sistema ġudizzjarja b’“razziżmu sistematiku”. Dan filwaqt li wiegħed li kien se jagħmel dak kollu possibbli biex jirriforma l-infurzar tal-liġi fil-belt.

“Jekk qed tistaqsuni jekk iniex favur riforma strutturali kbira biex tiġi riveduta s-sistema razzjali, allura t-tweġiba tiegħi hija iva. Jekk qed tistaqsuni jekk iniex lest li nagħmel dak kollu possibbli biex inneħħi l-inugwaljanzu li huma parti mis-sistema, it-tweġiba tiegħi hija iva,” qal Frey.

YouTube video

Madankollu l-kummenti ta’ Frey ma kinux biżżejjed biex ineħħu r-rabja lid-dimostranti, li insistew li s-sindku jikkommetti ruħu li jwaqqaf il-fondi u jabolixxi lill-pulizija tal-belt.

Meta irrifjuta li jilqa’ t-talbiet tal-folla, id-dimostranti attakkawh bi kliem iebes u talbuh li jitlaq mid-dimostrazzjoni.

Ekonomija

Sport