L-atmosfera tal-Milied irrankat sew f’dawn l-aħħar jiem fejn qed jispikka ħafna l-ġmiel tat-tiżjin imdawwal f’diversi toroq fl-ibliet u l-irħula Maltin.

Id-dawl iteptep anke fit-trejqiet qed ikompli jdaħħal lil ħafna nies fl-ispirtu tal-Milied.

Hekk ukoll daħħal f’dan l-ispirtu ferrieħi lill-fotogorafu ta’ talk.mt li fil-jiem li għaddew għamel mawra f’bosta toroq Maltin biex iwasslu lill-qarrejja mhux biss is-sbuħija ta’ dan it-tiżjin imma wkoll il-ħila kreattiva u l-immaġinazzjoni ta’ kulmin jarma u jieħu ħsieb it-tiżjin tal-Milied fit-toroq Maltin.


