Friday, November 15, 2024

ARA: Iżomm numru ta’ ostaġġi għax ma ngħatax flus iffriżati mill-Bank Federali fil-Libanu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel armat daħal fil-Bank Federali tal-Libanu u qiegħed iżomm numru ta’ persuni ostaġġi wara li ma tħalliex jingħata depożiti li ġew friżati mill-istess Bank.

Il-banek fil-Libanu llimitaw ġbid ta’ flus lil numru ta’ depożitanti f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba problemi finanzjarji li sab ruħu fihom il-pajjiż f’dawn l-aħħar tliet snin. Din id-deċiżjoni wasslet biex madwar tliet kwarti tal-popolazzjoni spiċċat tgħix fil-faqar.

Skont l-ewwel rapporti fil-midja internazzjonali jidher li r-raġel daħal b’arma tan-nar fejn instemgħu mill-inqas żewġ tiri sakemm ingħalqu l-bibien tal-bank. 

“Ħalluhom jagħtuni flusi lura”, instema’ jgħid ir-raġel filwaqt li uħud mill-klijenti rnexxielhom jaħarbu qabel issakkar il-bieb tal-bank.

Ekonomija

Sport