
Għadd ta’ ċittadini Ukreni li jgħixu f’pajjiżna nġabru fil-Belt Valletta b’turija ta’ solidarjetà ma’ art twelidhom fid-dawl tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

Il-komunità Urkena f’pajjiżna nġabret b’numru ta’ strixxuni b’kitbiet kontra l-gwerra u favur il-paċi.

Strixxun partikolari kien jgħid li jekk ir-Russi jieqfu jiġġieldu jirrenja mill-ġdid il-paċi, iżda jekk l-Ukrajna tieqaf tiddefendi lilha nnifisha, ma tibqax teżisti.
