Sunday, December 29, 2024

ARA: “Jekk m’għandekx flus, lil uliedek ma tistax tarahom”

Aqra wkoll

“Jekk m’għandekx flus, lil uliedek ma tistax tarahom” – dan kien wieħed mill-kummenti li bosta persuni għaddew mat-tim tal-produzzjoni ta’ Popolin u li huma vittmi tal-Aljenazzjoni tal-Ġenituri.

L-aljenazzjoni tal-ġenituri saret sfida komuni fis-soċjetà tagħna u dan f’kuntest li ta’ kull sena f’pajjiżna jiġu reġistrati medja ta’ bejn wieħed u ieħor erba’ separazzjonijiet kuljum u li fost dawn bosta ma jsibux kompromess għall-trobbija ugwali tat-tfal tagħhom.

Fil-programm Popolin ta’ llejla ser jirrakuntaw l-istorja tagħhom bosta persuni li ilhom ma jaraw lil uliedhom ix-xhur jekk mhux is-snin u li bosta qed jispiċċaw joħorġu l-għexieren ta’ flus sabiex jiksbu d-dritt li jaraw lil uliedhom permezz ta’ deċiżżjoni mill-qorti.

Fil-programm ser jiġi diskuss dak li qegħdin jgħidu l-attivisti f’dan il-qasam u fuq kollox l-azzjonijiet li qedgħin jew għandhom jittieħdu.

Popolin ippreżentat minn Quinton Scerri jixxandar illejla fid-9 p.m fuq TVM

Ekonomija

Sport