
“Daqshekk, daqshekk vjolenza fuq in-nisa”, “l-abort dritt tal-mara. U fuq l-abort tiddeċiedi hi biss” u “kummenti sessisti mhumiex kumplimenti” kienu fost is-sejħiet ta’ dawk preżenti għad-dimostrazzjoni li żvolġiet fil-Belt Valletta.

Għadd ta’ persuni nġabru b’kartelluni biex iwasslu l-messaġġ tagħhom fl-okkażjoni ta’ jum il-mara li jiġi ċċelebrat fit-8 ta’ Marzu.

L-għan ewlieni tagħhom kien dak li jwasslu l-messaġġ anke b’reazzjoni għal dak li seħħ fl-aħħar jiem f’għajnsielem.

Dan wara li tħabbret il-mewt ta’ mara oħra li allegatment hija t-tieni vittma ta’ femiċidju f’pajjiżna fl-ewwel xhur ta’ din is-sena.