Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Independenza ta’ pajjiżna, Festivals Malta permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali ħejja numru ta’ attivitajiet bil-għan li nfakkru din il-ġrajja storika.
Dalgħodu, il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħadu posthom f’Misraħ San Ġwann.
Wara l-wasla tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, waslu wkoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-President ta’ Malta George Vella.
Wara bdiet quddiesa pontifikali u Te Deum fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Din ġiet segwita minn tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana fejn preżenti jkun hemm il-Prim Ministru, Robert Abela, il-President ta’ Malta George Vella u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech. Flimkien mal-Kmandant tal-Forzi Armati, il-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati.
Fi tmiem il-ġurnata mistenni jsir ukoll kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Roderick Bugeja fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta.