Il-kantanta Gaia Gambuzza llum se tkun qiegħda tirrappreżenta lil pajjiżna fil-finali tal-Junior Eurovision 2022 f’Yerevan, il-kapitali tal-Armenja.
Hija se tkun qed tkanta l-kanzunetta “Diamonds in the Sky” u se tkun fost 16-il kantant u kantata oħra.
Il-kantanta Maltija se tkun ir-raba’ kantanta li se tkanta fost il-bqija li jinkludu l-Armenja, l-Albanija, Franza, Gorġja, l-Irlanda, l-Italja, il-Każakistan, l-Olanda, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Polonja, il-Portugall, is-Serbja, Spanja, l-Ukrajna u r-Renju Unit.
Nawguraw minn qalbna lill-kantanta Maltija!