Saturday, October 26, 2024

ARA: Jipproponi lit-tfajla tiegħu waqt attività f’Popeye Village

Aqra wkoll

Ilbieraħ seħħ avveniment tassew ħelu hekk kif ġuvni ppropona lit-tfajla tiegħu waqt waħda mill-attivitajiet li jsiru f’Popeye Village.

Fost il-ħafna attivitajiet li jsiru ta’ kuljum mit-tim kollu ta’ Popeye Village, hemm attività partikolari li tiġbed bosta nies biex jipparteċipaw fiha waqt li jkunu qed iqattgħu l-ġurnata tagħhom hemmhekk. F’din l-attività, il-membri li jagħmlu parti mit-tim ta’ Popeye Village, jistiednu lin-nies sabiex jieħdu sehem ġo film qasir bl-istorja ta’ Popeye.

Hekk kif ilbieraħ bdiet tittella’ din l-attività u kienet waslet lejn l-aħħar, tfajla minnhom marret tnewwel l-ispinaċi lil ġuvni li kien qed jagħmilha ta’ Popeye. Dan il-ġuvni li fil-verità huwa l-għarus ta’ din it-tfajla mar jgħannaqha miegħu kif tagħtu l-ispinaċi u hekk kif it-tfajla ħasbet li spiċċa l-film, ħabib tagħhom deher jagħti ċ-ċurkett lil ġuvni u dan niżel għarkupptejh biex jipproponilha.

It-tfajla li kienet sorpriża għall-aħħar infaqgħet tibki filwaqt li għannqet magħha lill-għarus tagħha. Kull min kien hemm, deher sorpriż u kulħadd feraħ lil din il-koppja barranija u awguralhom mill-qalb.

Sport