Monday, December 23, 2024

ARA: Jitolbu investigazzjoni dwar il-possibbilità ta’ ksur tad-drittijiet umani

Aqra wkoll

YouTube video

Il-Moviment għall-Ħelsien reġa’ ltaqa’, din id-darba quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, biex jippreżenta rapport għall-bidu ta’ investigazzjoni biex ikun jista’ jiġi stabbilit jekk il-pandmeija u l-miżuri li ġabu magħhom ħafna tbatijiet. Il-ħsieb huwa li jiġi stabbilit ukoll jekk dawn humiex ġustifikati, sarux skont il-liġijiet internazzjonali u lokali, u jekk kisrux id-drittijiet tal-bniedem.

Il-Moviment Ħelsien qiegħed jitlob ukoll investigazzjoni fuq biża’ u informazzjoni ħażina mxerrda fuq il-midja “bla bażi xjentifika” u “t-tgħawwiġ tal-fatti” li żiedu l-problemi ta’ saħħa mentali.

Il-Moviment għamel referenza wkoll għall-vaċċin li skonthom kien “esperimentali” li issa sar mandatorju li minkejja l-ħafna persuni mlaqqmin, ġab miegħu l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet mqabbla mas-sena li għaddiet, tant li nkiser rekord mondjali.

Ekonomija

Sport