Triq Burmarrad direzzjoni lejn il-Mosta tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku kawża ta’ inċident li seħħ għall-ħabta tas-7:00 a.m.

Minn stħarriġ illi sar jidher li seħħet ħabta bejn Honda Accord misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti San Pawl u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti Birkirkara.

Kawża tal-ħabta t-tieni karozza nħakmet min-nirien u għalhekk kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li assistew lill-Karkariż sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Nifhmu li b’rabta ma’ dan il-każ se tkun qiegħda tinfetaħ inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.