Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħin fi Triq tal-Karmnu f’San Pawl il-Baħar.
Il-Każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 a.m meta għal xi raġuni karozza tal-għamla Peugeot nħakmet minn nirien u kkawżat nirien f’oħra li kienet ipparkjata quddiemha.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma dan is-sit li fortunatament ħadd ma weġġa’ filwaqt li l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.