Dan is-sit jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-12:15 a.m, nirien ħakmu karozza fi Triq il-Belt Valletta Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li karozza tal-għamla BMW ħadet in-nar. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan in-nirien.
Kelliem għal dan is-sit ikkonferma li fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.