Wednesday, April 24, 2024

ARA: Kelb salvat min-nirien jiġġebbed bil-ferħ kif għaraf lil dawk li ħelsuha ħafif qablu

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qasam dan il-mument partikolari waqt parti mill-ħidma ta’ salvataġġ b’kollaborazzjoni mal-Membri mill-Forzi Armata ta’ Malta u oħrajn wara l-isplużjonijiet tal-bieraħ fil-Mosta.

Fil-filmat jidhru l-uffiċjali ħerġin bil-kelb li kien l-aħħar wieħed salvat hekk kif l-uffiċjali daħlu minnufih biex jaraw jekk kienx hemm aktar persuni li nqabdu fl-isplużjonijiet minbarra dawk li laħqu ħarġu mill-post.

Ma setax jonqos, li l-kelb qalb dik il-biża’ li kellu jimtela’ bil-ferħ hekk kif lemaħ lil dak li x’aktarx kien wieħed minn dawk li kien jieħu ħsiebu fil-post.

Sport