Saturday, December 21, 2024

ARA: “Kif għamilna għall-festi, qed naħdmu wkoll dwar it-tiġijiet”

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem ukoll dwar it-tiġijiiet fejn irrikonoxxa l-fatt li qed isiru ħafna mistoqsijiet f’dan ir-rigward.

Fl-aħħar jiem bosta kienu dawk il-persuni li bdew jistaqsu dwar il-kwistjoni tat-tiġijiet minħabba l-fatt li ċertu attivitajiet se jkunu qed jiġu rilaxxati, iżda dwar it-tiġijiet ma tħabbar xejn. 

YouTube video

Mistoqsi minn dan is-sit, il-Prim Ministru qal li huwa minn ewl id-dinja li fil-mument li nistgħu mmorru lejn il-festi li jistgħu jsiru b’mod normali hekk ukoll għal attivitajiet bħalma huma t-tiġijiet.

“Nemmen li dan is-sens ta’ kawtela li mxejna bih, mhux kawtela żejda iżda kawtela proporzjonata, huwa l-istess prinċipju li għandu jibqa’ jmexxina ‘l quddiem. Inħares ‘il quddiem biex inkunu nistgħu kemm fir-rebbiegħa u anke qrib is-sajf inkunu nistgħu nirritornaw għan-normalità sħiħa,” temm jgħid il-Prim Ministru Abela. 

Ekonomija

Sport