L-Iżvezja rebħet is-67 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li sar f’Liverpool bil-kanzunetta “Tattoo” kantanta minn Loreen.
Hija kisbet total ta’ 583 punt. Fit-tieni post ikklassifikat il-Fillandja b’526 punt u fit-tielet post ġiet l-Iżrael b’362 punt.
Din kienet it-tieni darba li Loreen rebħet il-Eurovision wara s-suċċess li kisbet fl-2012 bil-kanzunetta “Euphoria”.

Dan filwaqt li r-rebħa tal-lejla kienet is-seba’ waħda għall-Iżvezja minn kemm ilu jsir il-Eurovision, biex telgħet taqsam ir-rekord għall-akbar numru ta’ rebħiet f’dan il-festival mal-Irlanda, li rebħitu wkoll seba’ darbiet.