Aktar kmieni waranofsinhar il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitluba jassistu fil-Port Ħieles wara li żviluppaw nirien f’container.
Din l-operazzjoni kienet waħda delikata li damet għaddejja numru ta’ sigħat, u rat ukoll is-sehem ta’ entitajiet oħra fl-oqsma tas-sigurtà.

B’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident. Bħala prekawzjoni, kien irrakkomandat li persuni li jgħixu Birżebbuġa, iżommu t-twieqi magħluqa u jevitaw milli joħorġu.

Il-kontejner kien iddikjarat li kien qed iġorr aċċessorji tal-kompjuter. Kelliem għall-Port Ħieles qal li “l-kontejner kien fi tranżitu u grazzi għall-ħeffa tal-impjegati tagħna u tal-pumpiera, irnexxielna nevitaw dik li segħet kienet sitwazzjoni agħar. Il-Malta Freeport Terminals tirringrazzja lis-CPD u lill-ħaddiema tagħgha li ħadmu biex jiżguraw li din l-operazzjoni titmexxa bla xkiel.”
Il-Port Ħieles sostna li qiegħed isegwi s-sitwazzjoni u jinsab f’kuntatt mal-linja tat-tbaħħir u l-awtoritajiet konċernati.