Monday, December 23, 2024

ARA: L-Airshow 2021 tintemm b’suċċess

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-jumejn skedati għall-Airshow wara stennija ta’ diversi xhur; fejn il-pandemija ħalliet lil bosta dilettanti mdendlin fuq ħajta jekk din is-sena konniex se naraw dan l-ispettaklu f’pajjiżna, ġew fi tmiemhom ftit tal-ħin ilu.

Għat-tieni jum, tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar saru bosta titjiriet filwaqt li fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġew esebiti numru ta’ ajruplani f’wirja statika.

Dilettanti li attendew għal dawn iż-żewġ wirjiet esprimew sodisfazzjon kbir ta’ attività mill-isbaħ u mill-aktar professjonali. Fost kummenti li ħa Talk.mt minn San Pawl il-Baħar iltqajna ma’ persuni li faħħru s-sinkronizzazzjoni tal-ajruplani involuti u qalulna li huma tant ifittxu dawn l-attivitajiet li mhux l-ewwel darba li siefru apposta biex isegwu wirjiet simili.

Intant fost reazzjonijiet imħallta oħra Turisti li tkellmu magħna qalulna li għalkemm ġew pajjiżna biex ifittxu l-baħar u l-klima tagħna, iħossuhom verament fortunati li llum kienu preżenti f’San Pawl il-Baħar u gawdew dan l-ispettaklu.

Talk.mt tkellem ukoll ma’ uħud mill-bdoti li għalkemm ma setgħux jikkumentaw f’intervista minħabba ordnijiet mis-superjuri tagħhom f’pajjiżhom, esprimew ix-xewqa li jiġu f’Malta biex igawdu aħjar dawn il-gżejjer lil hinn minn mumenti bħal dawn li għalihom jitqies bħala esperjenza ta’ dmir professjonali.

Intant kif jixhdu r-ritratti meħudin mill-fotografu ta’ dan is-sit Alan Saliba n-nuqqas ta’ din il-wirja għal erba’ snin, kif ukoll l-għatx ta’ attivitajiet simili minħabba restrizzjonijiet relatati mal-firxa tal-pandemija, wasslu biex din l-edizzjoni tal-Airshow tkun waħda mill-aktar mfittxija.

Ekonomija

Sport