“Aħna t-tberik inħobbuh wisq minkejja li m’għandniex bhejjem kbar bħal dawn li hawn, ġibna magħna l-għasfur għax sfortunatament m’għandniex fejn inrabbu”. Hekk bdiet biex tgħid waħda mill-familji li aktar kmieni attendew għat-tberik tal-bhejjem fil-Kunċizzjoni fil-limiti tar-Rabat.

Fost l-għadd ta’ persuni, minn tfal ċkejknin sa anzjani li raw kif jagħmlu biex ma jitilfux din l-attività spikkaw l-individwi li tarahom mhux f’din l-attività biss, iżda dawk kollha li jinkludu l-bhejjem.

Fost l-aktar li spikkaw kienu dawk li libsu l-ilbies tradizzjonali bis-sidrija u l-beritta u fakkru li għal dan l-ilbies m’hemmx età.

Fost l-annimali li kien hemm fil-Kunċizzjoni kien hemm żwiemel, dwieb, ħmir, klieb u għasafar li bil-ħsejjes tagħhom taw ħajja differenti lill-post.
Dan is-sit xerred ukoll filmati mill-post waqt l-istess tberik b’rispett lejn dawk li kemm-il darba kkuntattjawna li japprezzaw li attivitajiet bħal dawn jixxandru minħabba problema ta’ mobbiltà minħabba numru ta’ raġunijiet fosthom persuni diżabbli u anzjani.

Aqra aktar: “Il-bhejjem li rajt quddiemi juru kemm il-Maltin kapaċi jieħdu ħsieb dawn il-ħlejjaq”