“L-attitudni tiegħu li jidħol għal sfidi goffi bħal din hija impressjonanti … Mur lura Malta u għinuh jifforma dak il-klabb biex jurikom it-triq lejn suċċess f’dan l-isport fuq il-gżira”. Dan kien il-kumment li għadda Devon Larratt – l-istilla tal-arm wrestler mondjali waqt l-isfida li daħal għaliha Kersten Mercieca meta fil-Kanada aċċetta l-isfida ta’ Allen Ford deskritt mill-istess kummentatur bħala sfida kuraġġjuża ferm.
Minn naħa tiegħu l-atleta Malti kkonferma ma’ dan is-sit li ma fadallux triq oħra għajr li jaċċetta li jissieħeb ma’ federazzjoni Taljan għax ma jaffordjax li jaħli l-aqwa tal-karriera tiegħu jissielet biex jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet Maltin.
B’hekk wara diversi xhur jipprova, anke bi prestazzjonijiet mill-aqwa fl-isport wara injury serja li kompliet timlieh b’kuraġġ biex isir aqwa milli kien qabel.