Fl-aħħar impenn tiegħu f’pajjiżna, il-Papa Franġisku se jkun qiegħed jiltaqa’ ma’ Patri Dijonisju Mintoff u għadd ta’ immigranti li nġabru biex isellmulu.
Il-Papa Franġisku se jkun qiegħed iħalli n-nunzjatura minn hawn u ftit tal-ħin ieħor biex ikun jista’ jmur lejn Ħal Far.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigranti-7-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigranti-6-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigranti-5-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigranti-4-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigranti-3-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigrant-2-1-1024x681.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/immigrant-1024x681.jpg)
F’kummenti lil dan is-sit Patri Dijonisju Mintoff qal li għalih dan kien għeluq sninu speċjali minħabba li l-Papa se jkun qiegħed iżur lil dawk li ma setgħux iżuruh. “Ta dan se nkun qiegħed nirringrazzja lill-Papa Franġisku”, qalilna Dijonisju.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/b7019f77-d459-4b57-a2e4-f99cc11f583a-1024x576.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/e39cd186-8050-4f1f-a27a-17fdcc8afcd3-1024x576.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/b19f2051-57ea-47d9-bc6c-2051b94d9f55-1024x576.jpg)
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/04/6ebeb429-18b4-460d-b0a8-11875fa34c96-1024x473.jpg)
Fuq in-naħa ta’ barra, għadd ta’ persuni nġabru biex isellmu lill-Papa Franġisku u fosthom spikkat il-komunità Ukrena li ppreżentat ruħha fil-post b’għadd ta’ bnadar. Dan hekk kif sa minn qabel iż-żjara tiegħu f’pajjiżna, il-Papa appella biex din il-gwerra tiġi fi tmiemha u jieqaf dan il-massakru.