Monday, November 4, 2024

ARA: L-UE magħquda fi żmien ta’ prova

Il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummisjoni Ewropea f’Malta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-Unjoni Ewropea għandha diversi prijoritajiet li lkoll jolqtu l-pajjiżi kollha jinsabu fil-Mediterran. Fost l-aktar prijoritajiet importanti tal-Ewropa u li ta’ spiss tkellmet fuqu il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen huwa dak li jitratta il-green deal. Dan ifisser minn industrija li tħammeġ ser inkunu qegħdin neqilbu għal industrija aktar nadifa li taħdem bl-enerġija rinovabbli.

YouTube video

Dan qalu l-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummisjoni Ewropea f’Malta Lorenzo Vella f’intervista mas-sit Talk News, fejn irrimarka li prijorità oħra tal-Unjoni Ewropea hija dik li tissejjaħ it-transazzjoni diġitali. Dan hekk kif mis-sena 2019 lil hawn, l-Unjoni Ewropea għamlet enfasi kbira sabiex ikun hemm titjib fl-industrija tat-telekomunikazzjon tal-intelliġenza artifiċjali. Żied jgħid li xi kultant kien jingħad li l-Unjoni Ewropea waqgħet lura fejn tidħol l-AI meta kkumparata ma’ pajjżi oħra bħal l-Amerika, l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Minkejja dawn l-isfidi, tul l-aħħar erbgħa snin, kien hemm enfasi kbira biex dan ma jibqax il-każ u biex b’hekk l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tiġi il-kap fit-tranżizzjon diġitali.

Ma’ dan il-ġurnal, Lorenzo qal li prijorità oħra ċara li l-Unjoni Ewropea tisħaq fuqha u li għal Malta hija importanti hija l-problema tal-immigrazzjoni. Huwa enfasizza li din hija problema li taffettwa ħafna pajjiżi b’mod partikolari dawk tal-Mediterran. Qal li sa issa fl-Unjoni Ewropea għadhom għaddejjin diversi diiskussjonijiet. Żied jgħid li ta’ min wieħed ifakkar li riċentament il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen flimkien mal-Prim Minstru tal-Italja Giorgia Meloni u l-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte żaru t-Tuneżja sabiex iniedu programmi ta’ għajnuna lit-Tuneżija sabiex ikunu jistgħu jiimmaniġjaw l-influss ta’ immigranti li jirċievu ta’ kuljum.

Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-aħħar prijorità hija kif l-Unjoni Ewropea qegħda tħares lejn id-dinja u t-tkabbir tagħha stess. Vella qal; “Irridu niftakru li l-Unjoni Ewropea, hija essenzjali immens f’dinja globalizzata, hekk kif għandha irwol importanti ħafna, fosthom l-irwol li tesporta l-valuri u l-prinċipji li huma għal qalbha lil mexxejja kollha tad-dinja. Hja tara wkoll li jkollha relazzjoni tajba ma’ pajjiżi oħra bħal l-Istati Uniti u ċ-Ċina li huma ta’ importanza kbira”.

Meta mistoqi dwar jekk ir-reċessjoni ekonomika u l-pandemija tal-Covd-19 biddlux lil Unjoni Ewropea, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummisjoni Ewropea f’Malta qal li fil-pandemja l-Unjoni Ewropea minn x ħaġa daqshekk negattiva, iddeċidet li tieħu l-pożittivita. Dan hekk kif f’din l-kriżi , il-pajjiżi kollha fil-Meditterran u istituzzjonijiet iddeċidew li jngħaqdu sabiex isir tisħiħ bejniethom. B’referenza għal l-indirizz li għamlet Ursula von der Leyen fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Vella qal li l-Unjoni Ewropea waqt il-pandemija tal-Covid-19 saret aktar b’saħħitha minn qatt qabel, minkejja id-diversi sfidi li għadha taffaċċja sal-lum.

B’referenza għal l-immigrazzjoni ġewwa pajjiżna, Lorenzo qal li pajjiżna jinsab f’nofs il-Mediterran u li dik hija r-realta ġeografika tagħha u ovvjament tiġi affetwata b’influss qawwi. Huwa qal; “F’mumenti inqas qawwi bħal pereżempju issa qed nossservaw li mhemmx l-ikbar influss ta’ immigranti deħlin fl-ibħra Maltin. L-immigrazzjoni hija konsistament problema għal pajjiżna, inkluż għal pajjżi kollha tal-Mediterran. Huwa fenomenu Ewropew fil-verita u ovvjament l-immigranti ġejjn lejn l-Unjoni Ewropea minħabba li din toffri stabbilta u ċertezza ekonomika għal kulħaddd.”

Vella qal ukoll li Malta s-sena d-dieħla, se tkun qegħda tagħlaq għoxrin sena membru tal-Unjoni Ewropea u li llum il-ġurnata Malta ppożizzjonat ruħha b’mod tajjeb fl-Unjoni Ewropea, minkejja li meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra fil-Mediterran, hija ġżira żgħira. Minkejja ċ-ċokon, Malta irnexxielha tistabbilixxi lilha nnifisha tul dan iż-żmien kollu sabex tkun il-vuċi fuq ċertu kwistjonijiet, fosthom dawk li qed jolqtu lilha b’mod dirett, bħal dik tal-immigrazzjoni.

Huwa temm jgħid; “Naħseb li Malta għandha vuċi influwenti fl-Unjoni Ewropea , speċjalment fuq ċertu suġġetti. Naħseb kienet storja ta’ suċċess għax Malta rat il-vantaġġi li kisbet permezz ta’ finanzjament u permezz ta’ diversi proġetti. Malta irnexxielha tkun influwenti anke f’oqsma u ssemma leħinha bħal pajjiżi oħra li twassal biex isiru tibdiliet fil-liġijiet li jiġu proposti fl-Unjoni Ewropea”.

Sport