Numru ta’ voluntiera fil-belt Ukrena ta’ Mykolaiv bnew u żejjnu siġra tal-Milied, b’differenza – magħmula minn xbieki ‘camoflage’.
Din is-siġra tissimbolizza dak li għaddejja minnu l-Ukrajna u kif dan il-Milied, verament ser ikun b’differenza.
Wara li jgħaddu l-festi tal-Milied, dawn ix-xbieki ser jingħataw lis-suldati li jiġġieldu għall-pajjiż fuq il-fruntiera.
Ir-residenti tal-lokal tennew li huma mhux biss iridu jiċċelebraw il-Milied u l-ewwel tas-sena, iżda wkoll ir-rebħa.